Fis-sena 1800 fir-Rabat diga kienet tezisti banda li kienet maghrufa bhala l-banda ta’ l-Imdina ghalkemm kienet stazzjonata fir-Rabat. Xhieda ta’ dan huwa l-fatt li fil-karnival tas-sena 1800 il-banda hadet sehem fil-festa li saret fil-Palazz tal-Gran Mastru gewwa l-Imdina. Din l-attivita’ kienet tikkonsisti f’akkademja. Kuncert u ballu.
F’dan iz-zmien hack bikri din il-banda kienet tiehu sehem f’diversi festi li kienu jsiru. ezempji huma meta fl-istess sena, 1800, ippartecipat fil-festa ta’ corpus domini, fl-Ottava ta’ din il-festa u fl-Imnarja. Il-hals lill-banda kien isir mill- Gurati ta’ l-Imdina fejn hawn jidher car ir-rabta tal-Banda L’Isle Adam ma’ l-Imdina u l-parrocca tal-Katidral. Fl-1808 il-banda daqqet ukoll f’Ghawdex meta hadet sehem fil-purcissjoni li saret mill-Gharb ghar-Rabat bil-vara ta’ Sant’ Antnin. Fis-sena 1812 il-Banda kienet komposta
Fl-1860 inghatat ufficjalment l-isem ta’ Filarmonika L’Isle Adam bl-ewwel Surmast ufficjail taghha jkun l-istess Indri Borg. L-isem li ssemmiet ghalih il-banda kien propju ghall-ewwel Gran Mastru ta’ l-Ordni billi dan kellu devozzjoni kbira lejn San Guzepp.
L-istess Banda L’Isle Adam kienet maghrufa wkoll bhala l-Banda ta’ San Guzepp billi kienet taghti s-sehem taghha fil-festa li ssir ta’ kull sena fid-19 ta’ Marzu. Barra minhekk l-istess bandisti kienu fratelli ta’ l-Arcikonfraternita’ ta’ San Guzepp li tiehu hsieb din il-festa.
Sbatax-il bandist kellhom xi inkwiet mall-kumitat tal-Banda L’Isle Adam u dawn tant hadu ghalihom lid- decidew li jwaqqfu t-tieni banda fir-Rabat. Din il-banda llum jisimha Konti Ruggieru.
Fl-20 ta’ Awissu 1899 il-banda u l-kazin inghaqdu taht kumitat wiehed. Il-Banda L’Isle Adam dejjem kellha rabta mall-festa ta’ l-Imnarja kif diga’ nkiteb aktar qabel. Fil-11 ta’ Gunju 1905 is-‘Societa Economica Agraria’ tat kummissjoni lill-Banda L’Isle Adam biex tkun tista’ ddoqq il-Buskett fl-Imnarja fejn dan is-servizz ghadu jsir sa llum.
Fit-12 ta’ Frar 1950 il-kazin kien ikkonsagrat lill-Qalb ta’ Gesu’ u lill-Qalb ta’ Marija mill-Arcisqof Mikiel Gonzi.
L-ewwel dar li abitat fiha u li tissemma matul l-istorja ta’ din il-banda hija dik ta’ numru 76 Triq Doni, kantuniera ma’ Triq San Bartilmew meta fl-1854 kienu jiltaqghu fiha grupp ta’ zghazagh biex jitharrgu l-muzika.
Fl-10 ta’ Mejju 1915 fi zmien l-Ewwel Gwerra Dinjija l-kumitat iddecidea li joffri xi kmamar tal-kazin ghall-midrubin tal-gwerra.
Fis-sena 1926 meta l-kazin tal-Banda L’Isle Adam kien jinsab f’numru 33 Triq Santu Wistin inbena t-Teatru
Joseph Galea
Is-Surmast Joe Galea twieled ġewwa r-Rabat, fis-27 ta’ Ġunju fl-1948. Huwa bin il-mejjet Ċensu u martu Anastasia. Huwa miżżewweġ lil Michelle u għandhom tlett itfal, Denise, Stasienne u Joseph.
Il-karriera fil-qasam mużikali bdiet meta kellu tlettax-il sena, fejn beda jitgħallem il-Flicorno Basso fil-kazin tal-Banda L’Isle Adam u ħareġ idoqq mal-banda għall-ewwel darba fil-festa ta’ San Ġużepp ta’ l-1963. Il-ħajra li kellu għal mużika ġiet imsaħħa taħt it-tmexxija tal-mibki s-Surmast Anton
Rigward il-kompożizzjoni mużikali nsibu li s-Surmast Joe Galea għandu repertorju sabiħ ta’ marċi brijjużi u anke dawk funebri. Insibu wkoll mużika sagra. Fosthom insibu antifona ddedikata lil San Ġużepp, “Joseph Figli David” li tindaqq ta’ kull sena fit-tridu ta’ San Ġużepp, kif ukoll ikkompona innu fl-okkażjoni tas-VII Simposju Internazzjonali dwar San Ġużepp. Barra minhekk għandu wkoll preludju ddedikat lil San Ġużepp “Ilqa’
F’dawn snin li ilu Surmast tal-Banda L’Isle Adam, is-Surmast Joe Galea mexxa l-Banda f’diversi avvenimenti kemm lokali kif ukoll nazzjonali, nsemmu l-Akkademja li saret f’Marzu fl-okkażjoni tal-25 sena ta’ l-Inkurunazzjoni ta’ San Ġużepp fir-Rabat, iż-żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II fis-sena 1990 f’Ta’ Qali, fir-Rabat u fl-Imdina, fi programm li sar fil-bitħa tal-każin f’għeluq l-għaxar snin mit-twaqqif tal-Fergħa Nisa, fis-Summit Internazzjonali ta’ Gorbachov u Bush li sar f’Malta f’Diċembru ta’ l-1989. Is-Surmast Joe Galea kellu x-xorti li għall-ewwel darba jidderieġi l-Banda L’Isle Adam fil-Katidral ta’ l-Imdina fil-Kunċert Vokali u Strumentali li sar nhar il-Ħamis, 23 ta’ Jannar, fejn ukoll ghall-ewwel darba żżanżan l-Innu, kompożizzjoni tiegħu stess, kif ukoll l-ewwel darba li ndaqq l-Innu ta’ l-Inkurunazzjoni ta’ San Ġużepp u tant okkażjonijiet oħra li l-banda tiċċelebra matul is-snin.
Is-Surmast Galea wkoll iħobb idaħħal silta ta’ muzika moderna speċjalment
Barra l-Banda L’Isle Adam, Is-Surmast Joe Galea mexxa l-Banda Sliema ta’ Tas-Sliema bejn is-snin 1986 u 2002. Huwa wkoll is-Surmast Direttur attwali tal-Banda Victory tax-Xagħra, Għawdex, fejn ilu jokkupa din il-kariga mis-sena 1993.
Is-2007 tibqa’ miktuba zgur fl-istorja tas-Surmast Direttur tal-Banda Dekana u Cittadina L’Isle Adam dan ghaliex propju fl-1 t’April 2007, il-Banda that id-direzzjoni tas-Surmast J. Galea esegwiet ghall-ewwel darba l-Kantanta t-Triq tas-Salib fil-Knisja ta’ Snata Marija ta’ Gesu’ kitba tieghu stess. Barra min hemm is-sena 2007 kienet sena li is-Surmast ghalaq 20 sena direttur tal-Banda tar-rahal twelidu. F’Settembru ta’ l-istess sena is-Surmast Mro. Joseph Galea gie moghti Unur ir-Rabat mis-Sinku Frank Fabri (nominat mill-Ghaqda Muzikali L’Isle Adam).
Is-Sur G. Portelli- *1884-1888
L-Avukat Dr. S. Caruana mamo LL.D-1889
Is-Sur C. Vella-1890-1891
Is-Sur C. Camilleri-1892
Is-Sur Antonio Lanfranco-1893
Is-Sur T. Demajo-1894
Is-Sur D. Vassallo-1895
Is-Sur G. Bartoli-1896
Is-Sur G. Vella-1897
Is-Sur V. Giordmaina-1898
Is-Sur Tommaso Vassallo-1899-1900
Is-Sur Felice Vassallo-1901
Is-Sur Giuseppe Vella-1902-1904
Is-Sur Tommaso Vassallo-1905
Il-Kuratur MacKean-1906-1917
l-Avukat Dr. D.G. Bellanti LL.D.-1918-1921
Il-Prokuratur Legali s-Sur Ercole Valenzia P.L.-1922-1923
Is-Sur G. Formasa Dei Conti
Il-Kaptan Olaf Gollcher-1939-1947
In-Nutar Dr. C.J. Vella LL.D.-1947-1948
Is-Sur P. Barbara-1948-1949
Is-Sur Alexander dei Marchesi Apap Bologna-1949-1981
Is-Sur J.M. Micallef -1981-1983
Il-Perit Jopr Aguis Bonello A. & C.E.-1983-1985
L-Onor. Imhallef l-Avukat Dr. Joseph R. Micallef LL.D.-1989-2002
Is-Sur Paul Magro- 2002-
*Il-Presidenti ta’ Qabel l-1884 m’hemmx informazzjoni dwarhom s’issa